ST. VENERA LIGHTNINGS F.C.
STATUT
 
1. ISEM
 L-isem tal-Kazin ghandu jkun St. Venera Lightnings Football Club.
 
2. KULURI
 Il-kuluri ufficcjali tal-Kazin huwa l-isfar u blu.
 
3. STATUS
L-istatus tal-Kazin huwa professional u dan ma jistax jinbidel jekk mhux fl-Laqgha Generali li tigi msejha minn zewg terzi (2/3) tal-membri mhallsa sa meta tigi msejha il-Laqgha  ghal dan l-iskop, u wara  li l-proposta mressqa tkun giet mghoddija minn zewg terzi (2/3) tal-membri regolari mhallsa sa  meta tinzamm il-laqgha.
 
4. SKOP
Il-Kazin ihaddan il-principji tal-Malta Football Association u dan ma jistax jinbidel jekk mhux fl-Laqgha Generali li tigi msejha minn zewg terzi (2/3) tal-membri mhallsa sa meta tigi msejha il-Laqgha  ghal dan l-iskop, u wara  li l-proposta mressqa tkun giet mghoddija minn zewg terzi (2/3) tal-membri regolari mhallsa sa  meta tinzamm il-laqgha.
 
5. IL-LAQGHA GENERALI ANNWALI
Il-Laqgha Generali Annwali trid tinzamm sa mhux izjed tard mill-ahhar ta' Gunju u l-Quorum ta' din il-Laqgha ghandu jkun ta' hamsin fil-mija u wiehed (50% + 1) tal-membri mhallsa u jekk dan ma jintlahaqx il-Laqgha tibda nofs siegha tard bil-membri prezenti.
 
6. HATRA TAL-KUMITAT
(a) Fil-Laqgha Generali Annwali irid jinhatar Kumitat kompost minn mhux inqas minn hames (5) membri u mhux izjed minn hmistax (15) il-membru.
(b) L-Agenda tal-Laqgha Generali Annwali tkun hekk:-
 1.  Hatra ta' Chairman biex imexxi l-Laqgha u l-Elezzjoni tal-Kumitat.
 2.  Qari tal-Minuti.
 3.  Rapport Amministrattiv.
 4.  Rapport Finanzjarju.
 5.  Diskors mill-President.
 6.  Emendi u/jew approvazzjoni ghall-Istatut.
 7.  Hatra ta' zewg Tellers.
 8.  Elezzjoni tal-Kumitat.
 9.  Hatra ta' zewg  Awdituri.
 10. Affarijiet ohra.
(c) Ic-Chairman mahtur biex imexxi l-Laqgha Generali Annwali ma jridx ikun se jikkontesta l-elezzjoni ghall-Kumitat.
(d) L-ewwel Laqgha tal-Kumitat wara l-Laqgha Generali Annwali ghandha ssir mhux aktar tard minn sebat (7) ijiem wara din il-Laqgha u din ghandha tkun immexxija mic-Chairman tal-Laqgha Generali Annwali.
(e) L-Kumitat ghandu jahtar minn fost il-membri eletti skond Artiklu 6 (a): President, Segretarju, Kaxxier, Vici-President, Assistent Segretarju, Assistent Kaxxier, u dawk l-ufficjali l-ohra li jidhirlu biex jaqdi d-dmirijiet tieghu.
(f) Nominazzjonijiet ghall-Kumitat ghandhom jaslu ghand is-segretarju sad-data stabbilita, u jridu jkunu ffirmati kemm mill-proponent u mis-sekondat u  li t-tnejn iridu jkunu membri regolari.
(g) In-nominazzjoni trid tkun iffirmata wkoll mill-kandidat nominat.  Dawk proposti ma jigux accettati jekk ma jkunux regolari fis-shubija, jew ma jkunux jikkonfermaw mal-istatut.
(h) Jekk ma jkunx hemm in-numru minimu c-Chairman tal-Laqgha ghandu jitlob nominazzjonijiet minn fost il-membri prezenti fil-Laqgha Generali.
 
7. MIN GHANDU DRITT JIKKONTESTA L-ELEZZJONI TAL-KUMITAT
(a) Ghandu dritt jikkontesta l-Elezzjoni ghall-Kumitat, membru li jkun  ilu msieheb mhux aktar tard mill-ewwel (1) ta' Jannar u dawk il-membri li jkunu lura fil-hlas ghandhom jigu regolari sal-Elezzjoni.
(b) Players amateurs li l-eta' taghhom tkun il-fuq mit-tmintax (18) il-sena li jkunu fuq il-kotba tal-Kazin, u li jkunu taw servizz siewi fl-ahhar sentejn (2) lill-Kazin jistghu jikkontestaw l-Elezzjoni tal-Kumitat u fl-istess waqt jistghu jilghabu mal-Kazin jekk dawn jigu eletti fil-Kumitat, izda l-players attivi li jkunu fil-Kumitat ma jistghux  ikollhom sehem fl-ghazla tat-Tim.
 
8. MIN GHANDU DRITT JIVVOTA FL-ELEZZJONI TAL-KUMITAT
(a) Ghandu dritt jivvota fl-elezzjoni tal-Kumitat il-gdid dak il-membru li jkun ilu msieheb sa mhux aktar tard mill-ewwel (1) ta' Marzu , sakemm issir l-elezzjoni kif ukoll dawk il-membri li jkunu lura fil-hlas ghandhom jigu regolari sad-data tal-Elezzjoni.
(b) Ghandhom dritt ukoll dawk il-players amateurs biss li jivvutaw ikunu ghalqu t-tmintax il-sena (18) sal-ewwel (1) ta' Marzu u li jkunu taw servizz siewi sal-ahhar zewg (2) staguni lill-Kazin.
(c) Players li jkunu mislufa minn Clubs ohra ghall-istagun jew aktar u anke bi ftehim mal-Kumitat m'ghandhomx dritt jivvotaw.
 
9. DMIRIJIET TA' MEMBRU TAL-KUMITAT
(a) Kull membru tal-Kumitat ghandu jaqdi d-dmirijiet tieghu tajjeb.
(b) Kull membru tal-kumitat li jonqos ghall-zewg (2) laqghat konsekuttivi minghajr raguni, jista' jigi meqjus li halla postu.
(c) Jekk ikun hemm xi vakanza fil-Kumitat dan il-post ghandu jigi mimli mill-Kandidat li ma jkunx tela' fl-elezzjoni, izda li jkun gab l-aktar voti skond  ir-rizultat tal-ahhar elezzjoni.  Jekk ma jkunx hemm kandidati ohra jista' jigi ko-optjat mill-Kumitat membru regolari ghaz-zmien li jkun fadal sal-Laqgha Generali.
 
10. SETGHAT TAL-KUMITAT
(a) It-tmexxija tal-Kazin ghandha tkun f'idejn il-Kumitat.
(b) Il-membri tal-Kumitat, membri ordinarji, jew players  ghandhom joqghodu ghad-decizzjonijiet tal-Kumitat u li jkollu d-dritt jissospendi jew ikecci kull membru jew player mill-Kazin.  Kull  membru jew  player qabel ma jigi sospiz jew imkecci ghandu  jinghata r-ragunijiet ghaliex gie sospiz jew  imkecci u dan ghandu d-dritt li jidher quddiem il Kumitat biex jaghti r-ragunijiet tieghu.
(c) Il-Kumitat ghandu d-dritt li jsejjah Laqghat Generali urgenti kif ukoll japponta Sotto Kumitati.
(d) Il-Kumitat wara sitt (6) xhur  mill-Laqgha Generali Annwali irid isejjah Laqgha Generali Straordinarja, u din tibda tissejjah "Laqgha Generali ta' nofs l-Istagun" u fiha jigi diskuss il-qaghda u sitwazzjoni tal-Kazin dak in-nhar prezenti.
11. SHUBIJA
 Biex persuna ssir membru fil Kazin trid:-
(a) Taccetta dan l-Istatut u r-regolamenti li jsiru bis-sahha tieghu.
(b) Ikollu mhux inqas minn tmintax (18) il-sena sal-ewwel ta' Marzu.
(c) Thallas il-hlas tas-shubija li tigi ffissata mill-Kumitat minn zmien ghal zmien.
(d) Player amateur fuq il-kotba tal-Klabb jista' jkun membru tal-Kazin.
(e) Il-Kumitat jirreserva d-dritt li jirrifjuta li jaccetta kull applikazzjoni ghall-ammissjoni u jista' jzomm id-dritt li ma jaghtix raguni.
12. PLAYERS
Kull player li jkun qieghed jaghti servizz siewi matul l-ahhar zewg (2) staguni ghandu jigi mistieden ghal-Laqgha Generali u Straordinarji minbarra dawk imsemmija fir-regolamenti No3 u 4 tal-Istatut.
 
13. LAQGHAT GENERALI STRAORDINARJI
Il-Laqghat Generali Straordinarji jistghu jigu msejha kemm mill-kumitat kif ukoll fuq talba ta' mhux inqas minn erbghin (40%) fil-mija tal-membri regolari.  F'dawn il-laqghat ma jistghux jigu trattati affarijiet li ghandhom x'jaqsmu mal-Laqgha Generali.
 
14. XOLJIMENT TAL-KUMITAT
Il-Kumitat jista' jispicca fuq xewqa tieghu jew jekk jigi moghti vot ta' sfiducja mill-membri fil-laqgha li tkun giet imsejha ghal dan l-iskop.   Il-laqgha issir jekk tigi mitluba minn erbghin (40%) fil-mija tal-membri regolari u din trid tigi approvata minn zewg terzi (2/3) tal-membri u l-players prezenti fil-laqgha.  Ghal din il-laqgha jiehdu sehem il-membri regolari u l-players li jkunu taw servizz siewi matul l-ahhar zewg (2) staguni.  Sakemm jigi maghzul Kumitat gdid, il-Kumitat li jkun se jispicca jrid jibqa fil-kariga.
 
15. XOLJIMENT TAL-KAZIN
F'kaz ta' xoljiment tal-Kazin, il-President, Segretarju, il-Kaxxier u l-Vici President li huma l-ufficcjali tal-Kumitat, ikun ghall-kura tal-propjeta', kif ukoll tal-affarijiet kollha li jkun hemm fih sakemm il-membri regolari jiddeciedu fil-Laqgha li tigi msejha ghal dan l-iskop x'ghandu jsir minnhom.
 
16. INTERPRETAZZJONI TAL-ISTATUT
Il-Kumitat ghandu jkollu s-setgha ghal dak li ghandu x'jaqsam ma l-interpretazzjoni ta' dan l-Istatut, u fejn dawn ir-regolamenti ma japplikawx il-Kumitat ikollu d-dritt li jagixxi skond kif jidhirlu xieraq.
 
17. POLITIKA
L-ebda attivita' ta' natura politika ma hi permessa fil-Kazin.
 
18. EMENDI
Emendi ghal dan l-istatut minbarra regolamenti 3 u 4 iridu jigu approvati mil-Laqgha Generali b'ghallinqas maggoranza ta' zewg terzi (2/3) tal-membri u players kollha prezenti li jkollhom dritt tal-vot.
9 ta' Dicembru, 1990
 
POSTA ELETTRONIKA
 
MUR LURA