ST. VENERA LIGHTNINGS F.C.
STORJA TAL-CLUB
Hu xieraq li f'gheluq il-hamsin sena mit-twaqqif tal-klabb tal-futbol ta' St. Venera Lightnings, il-Kumitat haseb biex jikteb l-istorja ta' dan il-kazin biex il-Vendrizi tal-lum u dawk t'ghada jkunu jafu bil-grajjiet li minnhom ghadda dal-klabb. Hamsin sena huma tista' tghid ghomor ta' bniedem, u bhall-bniedem, il-klabb ghadda mill-glorji u t-tbaghtijiet tieghu. 
 Hi haga naturali li kull bidu jkollu l-iebes tieghu u dal-klabb mhux xi eccezzjoni. Izda bir-rieda t-tajba, bis-serjeta fl-organizzazzjoni u b'gentlomi li dejjem kien imzejjen bihom il-klabb, irnexxielu jghix hamsin sena ta' hajja bit-taqlib kollu li ghadda minnu.
Il-loghba tal-ballun f'Malta
 F'artiklu f'gurnal tal-Hadd, il-famuz referee internazzjonali skocciz Mr Peter Craigmyle, wara zjara f'gziritna, kien iddeskriva lil Malta bhala "Football-mad Island". U bir-ragun kollu ghax hadd ma jista' jmeri l-fatt li l-loghba tal-ballun hi l-loghba sportiva l-aktar mahbuba f'Malta. Lanqas zewg gwerer kbar ma setghu  jnaqqsu l-imhabba tal-Maltin ghal din il-loghba. Zgur li dawk l-irgiel fis-Servizz Inglizi li zerghu l-ewwel zrieragh ta' dil-loghba f'gziritna qatt ma hasbu bil-frott li dil-loghba halliet warajhom.
 Kif wiehed jistenna, id-distretti li fihom kienu stazzjonati s-suldati Inglizi f'Malta kienu minn ta' l-ewwel li organizzaw it-timijiet tal-futbol taghhom. Wiehed jista' jahseb x'pika kbira kienet tqum meta kienu jiltaqghu l-ewwel timijiet tal-futbol Maltin biex jilaghbu kontra t-timijiet tassew b'sahhithom tar-regimenti ta' l-Armata Ingliza. Barra minn dan beda jigi organizzat league bejn it-timijiet Maltin fejn nies minn kull naha ta' Malta kienu jitbaqbqu huma u jaraw lit-tim taghhom jilghab. Sa ftit qabel ma faqqghet it-Tieni Gwerra Dinjija, bosta mit-timijiet Maltin kienu mfawra bi plejers promettenti li bil-mod il-mod bdew jiehdu post il-veterani tal-loghba. Meta faqqghet il-gwerra dawn iz-zghazagh kellhom iqattghu seba' snin jew telghin u nezlin gox-xelters, jew iharsu lil xtutna mit-theddid tal-ghadu.
 Haga wahda halliet tajba l-gwerra fuq il-loghba tal-futbol: din kissret sa certu punt il-monopolju li kellhom l-aqwa zewg klabbs ta' dak iz-zmien - Floriana F.C. u Sliema Wanderers - ghax bil-mod il-mod timijiet ohra ma harsux lura u bdew ikunu qawwija u organizzati daqs dawn it-tnejn.
Ir-rahal ta' Santa Venera
 Meta wiehed ihares lejn il-mappa ta' Malta, wiehed isib li r-rahal ta' Santa Venera huwa mwiezen minn rhula hafna akbar minnu: Birkirkara, Hal Qormi, Hamrun u Msida. Dawn kienu rhula mhux biss kbar fid-daqs izda wkoll f'dik li hi organizzazzjoni civika u ekklezjastika. Dawn l-irhula ga kellhom stabbli l-kazini tal-baned taghhom, ghaqdiet socjali u sportivi b'sahhithom, u Ghaqdiet Religjuzi habrieka li lkoll flimkien sawru armonija ta' hidma fejjieda ghall-parruccani taghhom.
 Ir-rahal ta' Santa Venera ma kellux dan. Jekk forsi kien hawn xi haga wara l-gwerra -  barra l-Istituti filantropici - kienet il-hidma individwali tal-Patrijiet Karmelitani, it-taghlim tad-duttrina mill-membri tal-Muzew u l-bidu tal-Lega minn Patri Mikiel Camilleri O.Carm. Mhux ta' b'xejn li l-Vendrizi harsu lejn l-irhula ta' madwarhom biex jiksbu dik ix-xi haga socjali-sportiva biex tmantnihom. Fejn jidhol il-futbol, iz-zghazagh Vendrizi kienu jharsu u jissapportjaw lill-Hamrun Spartans.
Bidu tas-St. Venera Lightnings F.C.
 Il-bidu tal-klabb tal-futbol ta' Santa Venera ma bediex f'Santa Venera, izda fil-Hamrun. Grupp ta' zghazagh Hamrunizi xtaqu jwaqqfu klabb ghalihom gol-Hamrun bl-isem ta' Hamrun Lightnings. Dan ma setghux jaghmluh ghax il-Malta Football Association (MFA) kellha regolament gdid li kien jghid li maghha ma setghux jigu affiljati zewg klabbs mill-istess rahal jew belt. Issa billi fil-Hamrun ga kienu jezistu l-iSpartans, il-holma ta' dawn iz-zghazagh sfat fix-xejn. Salvinu Spiteri, li kien wiehed minn dawn iz-zghazagh li kien il-mohh ghat-twaqqif ta' dan il-klabb, mar l-MFA li dak iz-zmien kienet fi Triq l-Ordinanza, il-Belt, u kellem lis-Segretarju bl-idea taghhom. Dan qallu li fil-Hamrun ma setghux iwaqqfu klabb iehor izda jridu jsibu distrett li m'hemmx fih klabb affiljat. Giethom l-idea jaraw l-eqreb distrett u sabu li f'Santa Venera ma kien hemm xejn. Fil-fatt l-idea originali tas-Sur Salvinu Spiteri kienet li dan il-klabb ma jkunx ghall-futbol biss, izda li jilhaq ukoll ghanijiet socjali-sportivi.
 Huma kienu jiltaqghu f'kantina ghand Guzeppi tal-Blakk (fejn illum hemm Reno's Ironmongery Store go Victoria Avenue, illum Triq Guze Pace).
Apatija f'Santa Venera
 Is-Sur Salv ried ikun zgur li f'Santa Venera ma kien hemm xejn imwaqqaf. Huwa dahal b'kumbinazzjoni fit-"Tower Bar" (hdejn it-Turretta) u hemm sab xi Vendrizi jixorbu li ma tantx hajruh bi kliemhom li jista' jwaqqaf xi haga f'dar-rahal "ghax hawn kollox idum mill-Milied sa San Stiefnu"! Dan aktar ma qatax qalb is-Sur Salv ghax ra li l-idea li jkun hawn xi haga socjali-sportiva jista' jibda jaghti certa identita' lil dan ir-rahal kwiet u minsi.
L-ewwel pijunieri
 L-ewwel pijunieri kienu Salvinu Spiteri, Charles M. Camilleri, Joseph Bartolo u Joseph Bezzina. Vendrizi li bdew minn tal-bidu jaghtu daqqa t'id (u sa certu punt nghodduhom ukoll bhala pijunieri) huma: Charles Cachia, Ivo Aquilina, Carmelo Scicluna, Angelo Attard, George Gauci u Manwel D'Amato.
 Bosta Vendrizi kienu jiddiehku bi shabhom meta bdew jarawhom jinteressaw ruhhom f'din l-idea ta' dal-klabb. Wiehed jista' jghid li bit-twaqqif ta' dan il-klabb, kellna nistennew sas-sena 1964 biex twaqqaf xi haga socjali-kulturali ohra f'Santa Venera, u dan kien il-Kazin tal-Banda Santa Venera.
L-isem Lightnings
 L-ewwel membri hassew li kien xieraq li l-isem tal-klabb ikun dak ta' Santa Venera biex tibqa' mfakkra r-rabta li kien hemm bejn il-post maghruf bhala l-R.A. (grawnd fi Fleur de Lys uzat mill-plejers tat-tim) u l-Qaddisa Padruna tal-lokal, Santa Venera. Minn dakinhar sal-lum dan l-isem baqa' marbut mal-klabb. Izda l-isem Lightnings kif dahal? Is-Sur Joseph Bartolo (li kien jigi r-ragel ta' oht il-mara tas-Sur Salvinu Spiteri) u Segretarju tal-Klabb, kien gej u sejjer in-NAAFI gewwa Hal Luqa u hemm kien hemm ajruplan Fighter li kellu l-isem ta' Lightning. Dan kien fl-1945. Dan ressaq l-idea lill-membri u lis-Sur Salv u dawn ghogbithom l-idea u l-klabb beda jissejjah b'mod ufficcjali s-St. Venera Lightnings Football Club.
Ghala l-lewn Isfar u Blu
 L-ilwien tal-klabb gew b'kumbinazzjoni. Is-Sur Salvinu Spiteri mar jaqta' xaghru ghand parrukkier li jismu Edward (Dwardu) Galea li kellu l-hanut fi Triq il-Kbira San Guzepp (hdejn il-hanut fejn illum hemm D'Amico). Is-Sur Salv qaghad jghidlu fuq it-tim gdid tal-Lightnings. Dan Dwardu ha certu interess u qallu li ghandu sett gerijiet ghall-bejgh li ma kenux ghaljin. Dawn kienu qomos sbieh nofshom isfar u nofshom blu. Issa habat sew ghax hadd mit-timijiet l-ohra ma kellhom dawn l-ilwien. Is-Sur Salv ghogbuh ukoll ghall-fatt li dawn ma kellhomx l-ahmar  tal-Hamrun  jew ta' Birkirkara b'hekk taw aktar identita' lill-klabb Vendriz. Kulhadd accettahom mill-ewwel.  U dan gara li b'kumbinazzjoni qablu mal-ilwien tal-villagg ta' Santa Venera li mhux kulhadd kien jaf li kienu isfar u blu.
L-ewwel Laqgha
 Fis-sajf tas-sena 1945 issejhet l-ewwel laqgha li fiha Salvinu Spiteri ntghazel President fil-waqt li 
Charles M. Camilleri u Joseph Bartolo nhatru Segretarju u Tezorier rispettivament. Membri ohra kienu l-Captain tat-tim u xi plejers. Din saret ghand Guzeppi tal-Blakk. Dik is-sena l-klabb beda jiehu sehem bhala Amateurs fil-League tal-Malta Football Association fis-sezzjoni ta' l-Associate Members.
Il-Postijiet fejn kien il-Klabb
 L-ewwel post ufficcjali tal-Klabb kien kif ghedna ghand Guzeppi tal-Blakk il-Hamrun. Minn hemm gie Santa Venera. Fl-inhawi ta' Misrah il-Barrieri fil-kantuniera ma' Triq il-Harrub, kien hemm dar imdaqqsa li maghha kien imiss hanut (bar) mikri lil certu Carmelo Mercieca. Salvinu Spiteri u Charles Cachia marru jifthiemu mas-Sur Mercieca biex jibdew jiltaqghu ghandu. Dan tahom kamra fuq gewwa biex fiha jibda jiltaqa' l-Kumitat. Dawn l-inhawi - mhux bhal-lum - kienu vojta mill-bini u wiehed jista' jghid li l-Klabb kien xi ftit jew wisq maqtugh mill-qalba tar-rahal. Minhabba xi nuqqasijiet  il-Kumitat iddecieda li jerga' jmur ghand Guzeppi tal-Blakk. Kulma kienu ghamlu ghand Mercieca kien xi stagun jew tnejn.
Bidu tajjeb bir-rebh ghat-Tieni Divizjoni (1948-49)
 Minghand Guzeppi tal-Blakk fl-istagun 1948-49, il-Lightnings rebhu l-promozzjoni ghat-Tieni Divizjoni. Dawn kienu rebhu l-partiti kollha fejn skurjaw erbatax-il gowl u qalghu biss tlieta. Li tirbah l-unuri tas-Sezzjoni u titla' fit-Tieni Divizjoni wara biss sena fit-Tielet Divizjoni hi bla dubju grajja kbira fl-istorja tal-Klabb Vendriz.
 Ir-rizultati kienu dawn:
vs Zejtun Corinthians (5-0)
vs Qormi (2-0)
vs Zebbug (2-1)
vs Gzira (3-1)
vs Kalkara (2-1)
 Il-plejers kienu dawn:
Carmel Brincau; Spiro Borg; Carmel Scicluna; Joseph Felice; Carmel Brincat; Hector Corrado; Joseph Mizzi; Alfred Grech; Francis Grima; Emanuel Camilleri; Joseph Camilleri. 
Ghand "Tal-Lawlaw"
 Wara stagun wiehed biss fit-Tieni Divizjoni (1949-50), il-Klabb sab ruhu ghand il-familja  Azzopardi maghrufa bhala "Tal-Lawlaw". Dan kien f'numru 475, Triq il-Kbira San Guzepp (fejn illum hemm l-Ghassa tal-Pulizija). Dan ukoll kien bar u hawnhekk damu sa l-1965.
Fejn qeghdin illum
 Il-Kumitat dejjem xtaq post aktar centrali fil-qalba ta' Santa Venera. Fl-1965, bit-thabrik tal-Kappillan Patri Kiljan Azzopardi O.Carm., il-Klabb nizel fejn hu llum, jigifieri f'numru 522 Triq il-Kbira San Guzepp. Hawnhekk il-Klabb sab ruhu b'facilitajiet ahjar milli kellu. Patri Kiljan donnu fehem aktar il-htiega li l-parrocca jkollha tim tal-futbol denn ghaliha. Kien jemmen hafna fl-isports u z-zghazagh u kien ta' ghajnuna morali biex il-Klabb Vendriz jimxi aktar 'il quddiem. Fl-1984 il-Kumitat ta' dak iz-zmien irnexxielu jikri wkoll minghand il-Familja Spiteri numru 523 biex b'hekk tniffdu z-zewg postijiet f'wiehed u l-Klabb kiber.
L-ewwel Kowc
 L-ewwel darba li l-Klabb ha sehem f'league, kellu kowc lil Gejtu Psaila maghruf bhala l-Hacca. Dan kien plejer antik tal-Hamrun Spartans tal-ghoxrinijiet. Gejtu kien ingieb minn habibu Guzeppi tal-Blakk. Kien ha grazzja mal-Klabb u kien jitla' mal-plejers il-grawnd ghal-loghob. Dan kien ghamel zmien jigi izda mbaghad qata'. Wara l-klabb ghamel zmien bla kowc sakemm fl-ahhar gie Frankie Tabone.
Diffikultajiet tal-Bidu
 Fost l-ewwel diffikultajiet li sab ruhu l-Kumitat kienu n-nuqqas ta' esperjenza minhabba li l-Klabb kien gdid. Izda l-aktar ghadma iebsa li sab kien in-nuqqas ta' sapport mill-Vendrizi. Kulma kienu jitilghu mal-plejers kienu l-President u xi membri tal-Kumitat biss. dawn la kellhom appogg morali u lanqas finanzjarju. Meta kienu jaghmlu xi gabra mar-rahal, hafna mill-Vendrizi kienu jghidulhom li ghadhom kemm taw xi ghotjiet lit-tim tal-Hamrun u tal-Floriana. Problema ohra kienet l-istatus tal-Klabb ghax dawn kienu Amateurs. Dan kien ifisser li l-plejers ma kenux jithallsu. Fil-fatt iol-Lightnings, il-Melita F.C. u xi zewg timijiet ohra biss kellhom dan l-istatus. Madankollu l-ispirtu kumbattiv u sportiv tal-plejers gibed l-ammirazzjoni u t-tifhir ta' kulhadd.
Bejn l-1950 u 1966
 Ghal kwazi sittax-il sena, jigifieri mill-1950/51 sal-1966/67, il-Lightnings kellhom jilaghbu fit-Tielet Divizjoni. Wiehed mill-fatturi ewlenin li gara dan kien li l-plejers kienu jmorru jilaghbu mat-timijiet li minnhom jaqilghu l-flus. Infatti hafna kienu jsejhu lill-Klabb ta' Santa Venera bhala n-"Nursery tal-Hamrun Spartans". Punt iehor kien li l-kompetizzjoni tjiebet, il-livell oghla u l-appogg ma zdiedx la min-naha finanzjarja u lanqas fin-numru tal-membri. 
 Meta wiehed jibda jqalleb fil-kotba tal-Minuti ta' dan iz-zmien, isib dawn il-fatti li mhux ta' min ihallihom barra:
1956-57
 Il-Klabb jaghti sehem kbir fit-twaqqif tas-"Saint Venera Civic Committee" u kien ressaq xi emendi ghar-regolamenti ta' dan is-Civic Committee u dawn kienu gew accettati.
 It-tim tal-Minors kienu rebhu l-unuri tas-Sezzjoni taghhom u wkoll in-Knock-out Competition u dan minghajr telfa.
1957-58
 It-tim tal-Minors rega' rebah is-Sezzjoni C minghajr telfa.
 Alfred Galea  (Minors) ntghazel mill-kowc nazzjonali tal-Under 21 biex jibda jirraporta ghat-training mat-tim nazzjonali U/21.
1958-59
 It-tim tal-Minors rega' rebah is-Sezzjoni taghhom minghajr telfa u minghajr ma qala' gowl. Il-kumitat iddecieda li jsiefru lill-Minors ghal tlitt ijien go Sqallija. Dil-mawra damet mit-3 sas-6 ta' Lulju 1959. Huma telqu bil-vapur Star of Malta u zaru Taormina.
Il-Klabb jaqleb Professional
 Fl-1960 il-Klabb bidel l-Amateur Status tieghu ghal dak Professional u b'hekk seta' jkollu mieghu plejers li jhallsu. Din il-bidla kienet tehtieg emendi fir-Regolamenti tal-Klabb permezz ta' Laqgha Generali tal-membri kollha u dawn taw l-approvazzjoni mehtiega.
1965: L-ahhar laqgha tal-Kumitat ghand "Tal-Lawlaw"
 Ghal aktar minn ghoxrin sena, il-Klabb kien f'numru 475 Triq il-Kbira San Guzepp  f'post tal-familja Azzopardi (illum imwaqqa' u floku hemm il-Housing Estate tal-Gvern). Il-familja Azzopardi qatt ma riedet kera tal-post. Ghalkemm dan il-post kien joffri xi vantaggi fosthom bitha kbira fejn il-plejers kienu jittrenjaw, dan kien ftit imwarrab u ghalhekk kienet ix-xewqa tal-Kumitat li jsib post aktar 'l isfel fi Triq il-Kbira San Guzepp.
 L-ahhar laqgha tal-Kumitat li nzammet f'dan il-post kienet fl-14 ta' Lulju, 1965, fis-7.30 p.m.  Fiha gie diskuss il-hatriet tal-Kumitat il-gdid, xiri ta' drapp ta' purtieri godda ghall-kazin il-gdid, u billi kienet qed toqrob il-festa ta' Santa Venera, iddiskutew  kif kellha tinxteghel il-faccata tal-post il-gdid.
L-ewwel laqgha tal-Kumitat fil-post il-gdid
 L-ewwel laqgha tal-Kumitat fil-kazin il-gdid  f'numru 522 Triq il-Kbira San Guzepp, saret fit-28 ta' Lulju, 1965, fis-7.30 p.m. Fost punti ohra l-Kumitat semma l-organizzazzjoni tax-xalata ta' l-ghada tal-festa. Dawk li kienu gejjin jum shih kellhom ihallsu 5/- (25 centezmu) u dawk li kienu gejjin ghal nofs ta' nhar ihallsu 3s 6d (17c 5m).
 L-ewwel membri li zammew kumitat fil-post il-gdid kienu s-Sinjuri: Salvinu Spiteri (President), J. Scerri (Segretarju), Alfred Scerri (Tezorier), George Portelli, Emanuel Muscat u Angelo Attard (Membri).
1966-67: Fit-Tieni Divizjoni mill-gdid
 Billi l-MFA f'dan l-istagun iddecidiet li zewg timijiet jigu promossi ghat-Tieni Divizjoni, il-Kumitat tal-Lightnings mill-ewwel hadem biex ikollu tim qawwi halli jkun wiehed minn dawn iz-zewg timijiet. Il-Kumitat sahhah it-tim billi gab plejers ta' esperjenza ta' l-Ewwel Divizjoni bhalma huma: Neville Mallia, Joseph Falzon, Edward Spiteri u Charlie Chircop. Ingagga wkoll lis-Sur Anthong Cordina bhala Coach-trainer  biex izomm lill-plejers kollha fit matul l-istagun kollu.
 It-training beda jsir fl-open air fix-Chateau Lonz (illum ic-Centru Parrokkjali) misluf bla hlas mill-Patrijiet Karmelitani, kif ukoll fil-grawnd tat-Territorials fejn 'il quddiem inbniet il-fabbrika tal-Canada Dry u llum hemm flokha dik tal-Capri Sun.
 Din il-hidma tat il-frott mixtieq ghax il-Lightnings rebhu kemm is-Section kif ukoll il-Promozzjoni ghat-Tieni Divizjoni. It-tim kien tilef biss l-ewwel loghba kontra Haz-Zebbug u qala' gowl wiehed u dan kien  f'din l-ewwel loghba. Imbaghad ma harisx lura. It-tlugh kien wiehed meritat u bosta ghadhom jiftakru fil-battalja li kienet qamet fix-Schreiber Ground ta' Rahal il-Gdid fl-Inter Sections Deciders.
 Dan l-istagun jibqa' mfakkar ghall-hidma li wera kull wiehed li b'xi mod jew iehor kellu x'jaqsam mal-Klabb. Ir-rebha tal-Promozzjoni kienet tfakkret b'dimostrazzjoni kbira mar-rahal ta' Santa Venera.
Mawra sa Catania
 Fil-waqt li kienet ghaddejja l-hidma ghar-rebh tal-Promozzjoni, il-Kumitat kien wieghed li jekk din issehh, jippremja lill-plejers b'gita ta' sebat ijiem go Catania ... u l-Kumitat zamm kelmtu.
 F'nofs Awissu tal-1967, it-tim u numru ta' supporters telghu Catania gewwa Sqallija. Kemm dam hemm, it-tim laghab loghba ta' hbiberija kontra A.C. Massimiliana  fil-grawnd ta' Fontanarossa. Ta' min jghid li dan il-grawnd gdid kien gie inawgurat proprju b'din il-loghba kontra t-tim Vendriz. Ghalkemm il-Lightnings kienu tilfu (7-0), wiehed irid izomm f'mohhu li l-Massimiliana kienu ghamlu uzu minn 21 plejer u li l-loghba kienet ntlaghbet fil-floodlights - haga li l-plejers tat-tim Vendriz qatt ma kienu mdorrijin biha. Kemm il-hila tal-plejers kif ukoll l-ispirtu sportiv taghhom gibdu l-ammirazzjoni tal-Katanizi prezenti fil-grawnd, kif deher fil-gazzetti u mil-laqgha li kienet saret lill-Klabb Vendriz mill-Ufficcjali tal-Klabb ta' Massimiliana  f'ikla li ghamlu wara l-partita.
1967-68: Il-Fundatur jirrezenja wara 23 sena ta' Hidma
 Il-fundatur u President tal-Klabb is-Sur Salvinu Spiteri ta r-rizenja tieghu fil-Laqgha Generali li nzammet fit-12 ta' Gunju, 1968. Dan ghamlu minhabba pressjoni ta' xoghol. Fil-fehma tas-sur Salv, kien wasal iz-zmien li t-tmexxija tal-Klabb tghaddi f'idejn haddiehor u b'hekk tkun zgurata l-ezistenza tal-Klabb. Jien u nitkellem dan l-ahhar mas-Sur Salv qabel ma bdejt nikteb din l-istorja tal-Klabb, tlabtu x'kien l-akbar sodisfazzjon tieghu kemm dam imexxi l-Klabb. Huwa wegibni: "Dak li emmint fih mill-bidu ta' l-ezistenza tal-Klabb, issa sehh! dan ghaliex mir-rahal li ma kellu ebda attivita ta' xejn, issa l-Klabb sar influwenti. Fih saru hafna attivitajiet b'serjeta'. Jiena u shabi hdimna b'mod li l-ezistenza tal-Klabb baqghet ghaddejja b'mod intatt. Qatt ma konna fi krizi li l-Klabb mhux se jkompli jezisti."
 F'din il-Laqgha Generali l-membri ivvutaw unanimament biex is-Sur Salvinu Spiteri "...bhala fundatur tal-Club li ma kienx qed jikkontesta ghall-Kumitat minhabba pressjoni tax-xoghol, ikun jista' jattendi ghas-seduti tal-Kumitat meta jkun jista'".
("Minuti tas-Seduta Generali Annwali, it-Tnejn, 12 ta' Gunju, 1968).
1968-69: Taht il-Presidenza tas-Sur Emanuel Muscat
 Wara r-rizenja tal-fundatur, it-tmexxija tal-Klabb ghaddiet f'idejn is-Sur Emanuel Muscat. Is-Sur Muscat tista' tghid li ddakkar mit-tmexxija tal-fundatur. Hu pprova jmexxi fuq l-istess passi tal-President ta' qablu. Huwa stinka biex il-Klabb ihallih (a) b'isem tajjeb mal-MFA (b) ikollu isem b'kondotta tajba u (c) li l-Klabb qatt ma jitghabba bi djun.
 Tajjeb li wiehed hawnhekk isemmi l-attivitajiet u l-hidmiet li twettqu taht il-Presidenza tas-Sur Muscat.
1972-73
F'dan l-istagun kien mehtieg revizjoni ta' l-Istatut u ta' l-iStanding Orders kif titmexxa l-elezzjoni generali ghall-ghazla tal-Kumitat tal-Klabb.
Il-Kumitat haseb biex jibda attivita gdida fi zmien il-festa ta' Santa Venera billi stieden lill-Ghaqdiet socjali, religjuzi u politici ghal riceviment biex l-"Ghaqdiet jiltaqghu flimkien u fil-waqt li jifirhu flimkien, jiddiskutu l-problemi ta' xulxin flimkien". ("Laqgha Generali Annwali 1972 - Rapport Amministrattiv"). Illum nafu li din l-idea qeghdin jaghmlulha Ghaqdiet socjali ohra fir-rahal ta' Santa Venera.
Bdiet id-drawwa tal-Footballer of the Year li ntrebah ghall-ewwel darba minn Lolly Aquilina, bir-runner-up ikun George Mercieca. It-trophy sabih inghata lill-Klabb mis-Sur Pullu Debono.
1973-74
Permezz tal-Ministru ta' l-Edukazzjoni, il-Klabb inghata l-permess biex jibda jittrenja fil-grawnd ta' l-Iskola tas-Snajja' "Umberto Calosso".
Il-Kumitat haseb biex jorganizza ghall-ewwel darba l-Under 17 Summer League.
1974-75: Gheluq it-30 Sena mit-Twaqqif tal-Klabb
 F'laqgha tal-Kumitat, il-President is-Sur E. Muscat kien wera x-xewqa li jsiru celebrazzjonijiet xierqa biex jitfakkru gheluq it-30 sena mit-twaqqif tal-Klabb (1945-75). Ghal dan il-ghan kien twaqqaf 'Kumitat ghat-Tmexxija ta' l-Anniversarju tat-Tletin Sena'. Dan kien maghmul hekk:
  President
Sur Emanuel Muscat
  Segretarju
Sur Alfred Scerri
  Tezorier
Sur Alfred Briffa
  Membri
Patri Nerik Zahra O.Carm.
Kav. Oswald Vella
Dr Roger Vella
Salvinu Spiteri
Charles Cachia
Alfred Mizzi
Angelo Attard
 Ic-celebrazzjonijiet kienu bdew mill-24 ta' Settembru sal-1 ta' Ottubru 1975. Fost hwejjeg ohra kien hemm: Quddiesa Koncelebrata mid-Direttur Spiritwali tal-Klabb Patri Nerik Zahra O.Carm; Cross-Country madwar ir-rahal organizzata mill-M.A.A.A.; kompetizzjoni tal-Bocci fil-Pitch tal-Bocci ta' Santa Venera; loghba futbol bejn it-tim tal-Lightnings u dak ta' l-Old Boys tal-Klabb stess (8-0); marc mill-Banda Santa Venera VM mar-rahal, u kollox gie fi tmiemu bil-Kxif ta' Lapida komemorattiva fil-Kazin mill-President tal-MFA Dr. G. Mifsud Bonnici LL.D. fejn wara saret  Reception fil-Miriam Hall.
 Dawn kienu festi sbieh li ghaqqdu mhux biss lill-Kumitat, tim u membri, izda wkoll lir-rahal kollu. Kien inhareg ktieb tat-tifkira.
1975-76: Promozzjoni ghat-Tielet Divizjoni 
 Dan l-istagun baqa' fil-memorja ta' hafna Vendrizi billi l-Klabb rebah il-Promozzjoni ghat-Tielet Divizjoni u dan l-unur inkiseb f'Gheluq it-30 sena mit-twaqqif tal-Klabb. Il-Lightnings baqghu mhux meghluba, b'punti massimi u sofrew gowl wiehed biss minn penalty kontra H'Attard wara 628 minuta loghob. id-Division IV Championship Decider kellha ssir darbtejn vs Mellieha.
 Ghal dan il-ghan kien inhareg ukoll ktieb biex ifakkar ir-rebh ta' din il-Promozzjoni.
 F'dan l-istagun il-Lightnings kienu telghu final tan-Knock-out izda tilfu 1-2 kontra H'Attard.
1977-78
Il-Lightnings rebhu d-Division III K/O Winners kontra l-Imqabba (wara l-hin barrani) bil-penalties.
Il-plejer tal-Lightnings Emanuel Sammut jintghazel mill-iStanding Committee tat-III/IV Divizjoni bhala l-Footballer of the Year ta' l-istagun.
 Bhala Counsil Member  tal-M.F.A. Emm Muscat kien gie nominat biex jifforma parti minn board biex jispezzjona l-grounds u jressaq rapport lilha minhabba incidenti li kienu inqaghu fil-grouds ewlenien f'dak iz-zmien.
1979-80: President Gdid: is-Sur Alfred Briffa
 Wara hdax-il sena fit-tmexxija tal-Klabb, is-Sur Emanuel Muscat ma tefax in-nominazzjoni tieghu ghall-Kumitat il-gdid biex b'hekk floku ntghazel bhala President is-Sur Alfred Briffa. Wiehed ta' min jghid li s-Sur Muscat ta certa direzzjoni u tmexxija serja lill-Klabb fejn kellu wkoll ir-responsabbilta tac-celebrazzjonijiet tat-tletin sena mit-twaqqif tal-Klabb.
1980-81: Rebh tal-Promozzjoni  ghat-Tieni Divizjoni
 Dan kien stagun li ferrah lill-Klabb mill-gdid ghax il-ksib tal-promozzjoni ghat-Tieni Divizjoni ma kienx facli. Ksib importanti hafna kien dak tal-kowc is-Sur Alfred Mizzi li kien il-gowler internazzjonali ta' Malta u tal-Hiberians F.C. It-tim mhux dejjem kien fl-aqwa tieghu izda fl-ahhar ma harisx lura.It-Tim rebah il-promozzjoni ghat-Tieni Divizzjoni wara dicider kontra ta'Xbiex (2-1).
Il-Klabb, ghalkemm hu zghir, kien ta Lm800 incentivi lill-plejers fuq ir-rebh tar-Promozzjoni. Ghal dan ir-rebh kien inhareg ktieb tat-tifkira u kien sar marc mar-rahal nhar il-Hadd, 31 ta' Mejju 1981. Dak inhar indaqq ghall-ewwel darba l-"Innu Santa Venera Lightnings FC" miktub mis-Sur Mike Ciantar minn Haz-Zebbug.
 F'dan l-istagun ta' min wiehed jghid li Vince Carbonaro kien spicca l-aqwa scorer tat-Tielet Divizjoni bi 11-il gowl.
1981-82
Saret ghotja ta' sett Jerseys tassew sbieh minn habib tal-Klabb, Dr M.G. Hattab.
It-tim rega' sab ruhu fit-Tielet Divizjoni. Dan kien ghaggeb lil hafna wara li l-Kumitat tant kien mexa tajjeb mal-plejers fl-istagun ta' qabel. Fil-plejers waqghet apatija kbira fejn lanqas biss ma kienu jinzlu biex jittrenjaw.
Il-plejer tal-Minors Mark Said intghazel mat-tim nazzjonali tal-Youths tal-MFA.
Il-Kumitat jiddeciedi li ma jaghtix f'dan l-istagun it-trophy tal-Footballer of the Year.
1982-83: President Gdid
F'dan l-istagun inhatar President gdid, is-Sur Alfred Scerri. Huwn dahlet l-idea li tibda ssir il-"Festa tat-Tesserament" u din saret nhar it-28 ta' Lulju, 1982. Dan sar festin zghir fejn il-President qasssam it-Tesseri lill-membri. 
Il-Klabb sab ruhu minghajr kowc u ghalhekk il-Kumitat hatar lis-Sinjuri Frans Debono u Lawrence Ellul biex jittrenjaw lit-timijiet tal-kbar u tal-Minors rispettivament.
F'dan l-istagun gew stampati ghall-ewwel darba  pocket diaries li tqassmu lill-membri u supporters tal-Klabb.
1983-84
Dan kien wiehed mill-aktar staguni impenjattivi li qatt kellu l-Klabb fl-istorja tieghu. Dan ghaliex il-Klabb ha sehem b'hames timijiet fil-kampjonati organizzati mill-MFA u mill-YFA u dawn kienu:  III Division, III Division (Res.), Minors, Under 16 u Under 14.
Twaqqfet il-Kummissjoni fi hdan il-Klabb biex tiehu hsieb it-timijiet tal-Under 16 u Under 14.
Inghata sett Track-suits sponsorjati mis-Sur George Mifsud tad-ditta Crystal Beyer.
1984-85
Il-Kumitat haseb biex ikabbar il-kazin u jizdiedu aktar facilitajiet fil-post. Huwa kera minghand il-Familja Spiteri n-numru 523 Triq il-Kbira San Guzepp u b'hekk niffdu mal-kazin. B'hekk il-bar ha aktar spazju u zdied il-loghob ta' gewwa.
Bi ftehim mad-Direzzjoni ta' l-Istitut ta' San Guzepp, il-Kumitat dahhal id-dawl elettriku fil-grawnd biex it-timijiet ikollhom aktar facilitajiet biex jittrenjaw.
Fl-okkazjoni tal-40 Sena mit-Twaqqif tal-Lega f'Santa Venera, il-Klabb tella' stand b'ritratti ta' l-istorja u l-hidma tal-Klabb.
1985-86
F'dan iz-zmien fuq l-istazzjon televiz Malti kien hemm il-programm popolari Bongu Malta li kien jigi trasmess dirett il-Hadd fil-ghodu. Meta dan sar f'Santa Venera, il-Klabb ta sehmu billi membri tal-Kumitat gew intervistati fejn semmew grajjiet prezenti u mghoddija tal-Klabb.
Fi tmiem is-sena 1985 kellna l-ahbar kerha tal-mewt tal-Kav. Oswald Vella li kien membru u benefattur kbir tal-Klabb.
1986-87: President gdid: Is-Sur Joseph Vella 
 Wara li s-Sur Alfred Scerri mexxa l-Klabb ghal erba' staguni, is-Sur Joseph Vella nhatar President gdid floku. Is-Sur Vella deher li ried jaghti spinta lill-finanzi tal-Klabb u ghalhekk intefa' fuq l-organizzazzjoni soda ta' bosta attivitajiet socjali li setghu jirrendu l-qligh. Dawn l-attivitajiet gew ippjanati bl-akbar serjeta u b'hekk l-ghan intlahaq. Fost l-attivitajiet li kienu tassew success, wiehed isemmi l-Lejla Maltija bil-festival tal-Birra fil-Gnien Romeo Romano, kif ukoll giet organizzata Oktoberfest fil-Lukanda Wignacourt. Barra dan il-Kumitat organizza  ghall-ewwel darba t-tqassim tar-rigali lit-tfal mill-Father Christmas fil-jiem sbieh tal-Milied.
1987-88: Bidu tal-Youth Nursery
Fis-26 ta' Ottubru 1987, Bro Joseph Bonnet MSSP, religjuz li jiehu hsieb it-tfal fl-Istitut ta' San Guzepp, beda jigbor fil-grawnd  ta' dan l-Istitut, l-ewwel tfal ghall-Youth Nursery. Dan gara wara li ltaqa' mal-President tal-Klabb is-Sur Joseph Vella u dan issuggerilu biex jibda jigbor lit-tfal Vendrizi u jorganizzahom f'din in-nursery. Is-Sur Vella kien jaf b'liema entuzjasmu Bro Bonnett  kien organizza n-nursery fir-Rabat Depiro Centre, allura ma halliex l-opportunita tahrablu minn idejh u ha din l-okkazjoni ghall-gid tat-tfal u fl-istess hin tal-Klabb ukoll.
 Ghalkemm it-twaqqif beda bi ftit tfal, fi tmiem l-istagun dawn telghu mas-sittin u kienu jvarjaw fl-etajiet ta' bejn id-9 u l-15-il sena. It-tfal inqasmu fi tliet gruppi: minn disgha sa hdax-il sena; minn tnax sa tlettax-il sena u minn erbatax sa hmistax-il sena.
 In-Nursery organizzat l-ewwel Tournament taghha u hadu sehem erba' timijiet: Ghawdex Maghzul, Floriana FC, tim minn Acireale (Sqallija) u Santa Venera. Dan intrebah min-Nursery ta' Santa Venera. 
 Imbaghad f'Lulju 1988 t-tim tal-Under 14 ha sehem f'Tournament gewwa Acireale fejn qatta' tlettax-il jum hemmhekk jilghab diversi loghbiet.
 Zgur li l-idea tat-twaqqif tal-Youth Nursery ghad trid thalli effetti pozittivi b'beneficcji kbar ta' risorsi ghal gejjieni tal-Klabb ta' St. Venera Lightnings. Bla dubju l-hegga, l-interess u d-dedikazzjoni ta' Bro Bonnet u l-kowcis tieghu ghad iridu jkunu aktar apprezzati fil-gejjieni!
Il-"Kumitat Festi Esterni Santa Venera V.M." irregala lill-Klabb bandiera sabiha bl-ilwien Vendrizi.
1988-89
F'dan l-istagun il-league tal-Youths (Sezzjoni F) rebhuh il-Lightnings u ghal dan ir-rebh saret ikla ghall-plejers u nghatat midalja tat-tifkira.
It-timijiet tan-Nursey Under 13 u Under 15,  flimkien mal-Minors,  marru fis-sajf jilaghbu fi Sqallija.
1989-90: President mill-gdid is-Sur Alfred Briffa
Hawnhekk rega' ntghazel mill-gdid President tal-Klabb is-Sur Alfred Briffa. F'Dicembru tas-sena 1989 kienet saret ghall-ewwel darba fl-istorja tal-Klabb Laqgha Generali Straordinarja. Fiha ghandu jibda jigi diskuss il-qaghda u s-sitwazzjoni tal-Klabb. Din tibda tissejjah il-Laqgha Generali ta' Nofs l-Istagun.
Matul dan l-istagun sar xi tibdil fil-kamra tal-Kumitat u dik ta' ma' genbha kif ukoll id-Dressing rooms.
Regola gdida li ddahhlet fl-Istatut tal-Klabb tghid li Plejers Amateurs li jkunu ghalqu tmintax (18)-il sena, jistghu jikkontestaw l-elezzjoni ghall-Kumitat u fl-istess hin jibqghu jilaghbu mal-Klabb.
1990-91: Ir-rahal jifrah bil-Promozzjoni
Ir-rebh tal-Promozzjoni ghat-Tieni Divizjoni gab ferh kbir mhux biss fit-tim tal-Lightnings, izda tista' tghid mar-rahal kollu. Dan l-unur kien wiehed misthoqq wara l-hafna hidma ghaqlija mill-Kumitat li bena tim tajjeb b'hafna akkwisti ta' plejers godda. It-tim baqa' ma tilifx loghba u gie draw erba' darbiet. Bhala kowc it-tim kellu lis-Sur Raymond Decelis. It-tim spicca erba' punti fuq l-eqreb tim li kien Melita FC. Meta gie biex jilghab ic-Championship Decider mar-rebbieh ta' Sezzjoni 'A', it-tim tilef (0-3) mal-Vittoriosa Stars. It-tim kien skurja 31 gowl u qala' biss 7. 
 Kienu saru festi kbar f'Santa Venera bejn is-17 u l-25 ta' Mejju, 1991. Kien intrama karru sabih f'forma ta' ajruplan u saret dimostrazzjoni kbira mmexxija bil-banda ta' Santa Venera. Hafna baqghu jiftakru bl-innu melodjuz bil-kliem u muzika tas-Sur Joe Tanti tal-Greenfields bl-isem "Ejjew Vendrizi Maghna". Kienet saret lejla divertenti li ghalqet ic-celebrazzjonijiet  meta saret serata muzikali ferrieha ma' genb il-kazin fi Triq il-Qalb Imqaddsa. Din tmexxiet minn Joe Tanti stess bis-sehem tal-Kor tal-parrocca Flos Carmeli, u l-Gruppi  X-Tend, Excess Beat Group u l-Greenfields.
 Ta' min wiehed hawnhekk isemmi l-ghajnuna kbira li sab il-Kumitat tal-Lightnings mill-Kumitat Festi Esterni Santa Venera fejn iz-zewg kumitati hadmu id f'id ghall-gid tar-rahal. Barra dan il-Kumitat Festi Esterni ipprezenta wkoll bandiera sabiha lill-Klabb fir-rally  li sar ghas-supporters qabel il-loghba importanti kontra l-Melita FC.
Sar Kalendarju '91 u Pocket Diary li tqassmu lill-membri u bosta benefatturi ohra.
Sar l-istampar ta' l-Istatut tal-Klabb f'forma ta' ktieb u ntbaghat lill-membri kollha.
Is-Sur Joe Vella (PRO) beda johrog Newsletter kull tliet xhur bl-isem ta' Il-Kuntatt, li fih jinghataw dettalji li jkun ghaddej minnhom il-Klabb. Dan kien jigi stampat bl-ghajnuna tas-Sinjuri Silvio Farrugia u Josette Zerafa.
1991-92: Is-Sur John Attard President tal-Klabb ghall-ewwel darba
Is-Sur John Attard intghazel President ghall-ewwel darba wara r-rizenja tas-Sur Alfred Briffa. Il-President u l-Kumitat kellmu lill-plejers kollha dwar l-organizzazzjoni tal-Klabb u x'jixtiequ li jitjieb. B'hekk inholqot ghaqda u hbiberija aktar profonda bejn kulhadd.
Fit-tim tal-kbar bdew jiddahhlu fih plejers mit-tim ta' Taht it-18-il sena biex dawn jiksbu aktar esperjenza f'Divizjoni oghla.
Iz-zghazagh ta' Taht it-18-il sena rebhu s-Sezzjoni 'C' b'tim qawwi mmexxi mill-kowc is-Sur Michael Farrugia. Huma tilfu l-Inter Section KO kontra Valletta FC meta fil-final gew (3-3) u fir-replay (0-1). Il-plejers inghataw rigal xieraq u midalja f'B-B-Q li kien sar ghalihom.
Inhareg ktieb b'sittin pagna bhala taghrif ta' x'gara matul dan l-istagun. 
Il-Kumitat tal-Lightnings beda jisponsorja s-St. Venera Lightnings Netball Team tat-tfajliet. Dan twaqqaf billi  matul is-sajf bosta tfajliet kienu jiffrekwentaw il-kazin u xtaqu jppartecipaw f'xi sport ghalihom. Il-Kumitat accetta li jisponsorjaw dan it-tim biex b'hekk il-kazin jinzamm aktar attiv. It-tim bdiet tiehu hsiebu s-Sinjura Elizabeth Vella. It-tim dahal fl-Ghaqda Nazzjonali Netball u beda jippartecipa fit-Tielet Divizjoni. Fl-ewwel sena tieghu t-tim spicca fir-raba' post.
1992-93: It-tim izommu postu ghat-tielet sena fit-Tieni Divizjoni
Bla dubju s-sodisfazzjon ewlieni kien li t-tim tal-Lightnings zamm postu fit-Tieni Divizjoni u dan juri li ghall-ewwel darba fl-istorja tal-Klabb Vendriz, it-tim se jkun ghamel tliet staguni konsekuttivi f'din id-Divizjoni tal-MFA. Il-Kumitat hatar kowc ghal dan l-istagun lis-Sur Joe Attard.
Il-Kumitat hadem bla heda biex itejjeb il-qaghda finanzjarja tieghu billi organizza diversi attivitajiet bhal: Fiera tal-Pjanti, Ikla Hut, zewg Dinner Dances u lotterija Voucher Lm200 (V. Petroni Ltd.).
Bhas-soltu l-Youth Nursery kienet attiva hafna. Barra l-hafna loghob li kellha f'Malta u Ghawdex, hija hadet sehem f'Tournament gewwa Sqallija u rebhet is-Sezzjonijiet ta' Taht l-10 snin u ta' Taht l-14-il sena.
It-tim tan-Netball ta' St. Venera Lightnings mar xi ftit ahjar mis-sena l-ohra fejn kellu aktar rebhiet. L-isbah rebha ghamilha meta laghab loghba ta' hbiberija kontra t-tim Ingliz St. Benedict's Whitehaven (17-11).
Il-Kumitat rega' ippubblika ktieb bil-kulur ta' 64 pagna
St Venera Lightnings FC - Harsa lejn l-Istagun 1992-93. 
1993-94: Decider mitlufa t-Tim jigi Relegat
Wara tliet staguni fit-Tieni Divizjoni, il-Klabb rega' sab ruhu jilghab fit-Tielet Divizjoni meta spicca fl-ahhar tas-Sezzjoni 'A' b'9 punti daqs iz-Zejtun Corinthians. Fl-14 ta' Mejju, 1994 saret ir-Relegation Decider u t-tim tal-Lightnings tilef (0-1). Bhala kowc kien hemm is-Sur Godwin Cuschieri.
Izda bhala sodisfazzjon il-Lightnings rebhu l-Kampjonat Taht 21 Sena meta qatghu b'6 punti lit-tim ta' Santa Lucia. 
In-Nursery regghet kienet attiva bhas-soltu bit-thabrik u d-determinazzjoni ta' Bro Joseph Bonnett MSSP u shabu. Fit-Tournament ta' Acireale huma rebhu s-Sezzjoni ta' Taht is-16-il Sena. Il-Prize Day saret waqt ikla fil-Canteen ta' l-Università nhar l-4 ta' Gunju, 1994. Il-premjijiet tqassmu mill-President tal-Lightnings is-Sur John Attard fil-presenza ta' madwar mitejn ruh.
Nhar il-Hadd, 24 ta' April 1994, saret zjara ufficjali lill-Klabb mill-Kunsill Lokali  ta' Santa Venera. Din iz-zjara tmexxiet mis-Sindku s-Sur Michael Caruana. F'din l-okkazjoni s-Sindku ghamel kelmtejn ta' ringrazzjament u ipprezenta tifkira lill-Klabb. Il-President tal-Lightnings is-Sur John Attard f'kelmtejn li ghamel wieghed kull koperazzjoni lill-Kunsill Lokali ghall-gid tar-rahal. Fil-fatt membri mill-Kumitat gew mistiedna biex jippartecipaw f'wiehed mill-kumitati jew sotto-kumitati ta' l-Isports fi hdan il-Kunsill Lokali. Dawn huma s-Sinjuri Joe Vella, Louis Calleja u Raymond Farrugia. F'din l-okkazjoni l-President John Attard ipprezenta tifkira lis-Sindku f'isem il-Klabb.
Ghat-Tielet sena konsekuttiva, it-tim tan-Netball St Venera Lightnings ha sehem fil-league tal-Mid-Med Bank National Netball Association.
Ghal darba ohra inhareg ktejjeb li jaghti harsa lura lejn l-istagun.
Gheluq
  Din kienet firxa twila ta' grajjiet li ghadda minnhom il-Klabb tal-Futbol ta' Santa Venera Lightnings. Bhal kull familja umana, anki l-Klabb kellu l-mumenti sbieh u koroh tieghu.
 Meta wiehed jibda ghaddej fil-qari tal-kotba tal-Minuti u Rapporti Amministrattivi tal-Klabb, wiehed bla ma jrid isib xewqa wahda minn kull President jew Kumitat - aktar appogg finanzjarju u aktar membri-supporters tal-Klabb. Minghajr finanzi l-hajja tal-Klabb ma ddurx. Il-Vendrizi jehtieg li jissapportjaw b'kull mezz lill-Klabb kemm bil-presenza taghhom fl-attivitajiet kif ukoll f'finanzi jekk iridu jaraw lit-tim jaghmel progress
f'Divizjoni oghla.
 Il-Lightnings jifirhu li fi zmenijietna ssuperaw bosta problemi li fl-imghoddi kienu jxekkluhom. Dan zgur huwa ta' mertu ghall-Kumitati u membri li dejjem ghamlu hilithom - anki f'mumenti difficli - biex il-Klabb baqa' jezisti u ma waqafx tul il-mixja ta' hamsin sena. L-organizzazzjoni baqghet dejjem sejra bil-Kumitat jaghmel hiltu biex dejjem jibghat tim denn ghal-loghob. Haga li tghaggbek inti u taqra r-rizultati tul dawn il-hamsin sena hi li l-Klabb  qatt ma kien kostrett li jaghti walk-over ghax dejjem tela' ghal-loghob u b'hekk qeda dmiru lejn ir-rahal li jgib ismu.
 Illum il-Klabb lahaq l-ghanijiet ta' dawk li waqqfuh hamsin sena ilu, ghax il-Klabb huwa rispettat min-nies tal-lokal u kulhadd jiltaqa' fih ghax lest li jilqa' lil kulhadd fi hdanu. L-apatija li biha harsu lejh il-Vendrizi ta' hamsin sena ilu llun indifnet. Il-Klabb ta hafna gid lil Santa Venera u dan mhux dak sportiv biss. Jigi minna lkoll li nghinu b'kull mod lil dan il-Klabb li mill-ewwel ried jaghti certa identita' lir-rahal taghna, biex l-isem ta' Santa Venera Lightnings F.C. jibqa' jidher fl-oghla quccata tal-loghba tal-futbol f'pajjizna.
Stanley Spiteri
POSTA ELETTRONIKA
 
MUR LURA